Sport, Art, Culture

Is-Siġġiewi huwa raħal-belt imżejjen b’kultura kbira, f’diversi oqsma. Siġġiwin għamlu isem fil-letteratura, muzika u arti. Inesmmi, p.eż. l-organisti John AquilinaEuchar Gravina u Mark Vassallo, il-musikologi Dr Frederick Aquilina u Prof. Dione Buhagiar, it-tenur bravissimu Joseph Aquilina, , l-artista Mary Doris Aquilina, il-pittur Michael Vassallo (mouth artist), l-artista u esperta fir-rerstawr Agatha Grima, il-poeti Jonathan Balzan, Dr Sylvana Spiteri u Professur Rena Balzan. Harġu mis-Siġġiewi wkoll diversi kittieba mgħarufa li llum m’għadomx magħna, bhall Patri Ġuze` Delia, Karmenu Vassallo u Pawlu Aquilina. Fejn għandu x’jaqsam l-isport, barra mill-Basketball/football (Siggiewi FC) u Siggiewi Rowing Club, irridu bil-fors insemmu individwi li spikkaw: Dr Michelle Vella Wood, atleta all-rounder b’diversi successi fiċ-ċiklizmu, triathlon u qdif, Andre Buhagiar, qdif u crossfit, , Dorianne Attard fil-crossfit u Daniel Umanah. Għal darb oħra nsemmi lil ħabib tieghi Jonathan Balzan, li ismu huwa marbut mall-ġiri. Dawn in-nies għandhom ikunu ir-role models tas-Siġġiewi: nies li mhux biss għandhom talent, imma jaħdmu biex jizvilupaw u jirnexxu. Bħala persuna attiva fl-isport u li nħobb l-arti u l-kultura, huwa ovvju li dawn l-oqsma li se ntihom priorita’. Irrid inkun ta’ sostenn għal kull min hu involut fl-isport, arti u attivajiet kulturali biex dawn l-oqsma jikbru u jissaħħu għall-benefiċċju tagħna lkoll. Nixtieq nara wkoll iktar ħidma fl-isport, forsi xi darba nara l-ħolma tiegħi u ta’ ħafna oħrajn (fosthom il-mibki Johnny Debattista) li jkollna Siġġiewi Sports Association li tiġbor flimkien lill-għaqdiet sportivi eżistenti u tipprova tespandi fuq sport ieħor bħall athletics, għawm, eċċ. Nixtieq li nara l-isport tal-qdif, li jien nipprattika, jieħu spinta kbira l-quddiem, speċjalment bħala coastal rowing Nixtieq nara lis-Siġġiewi jkun pijunier fil-parasport, bl-ghajnuna tal-Malta Paralympic Committee u nies bhall Noel Aquilina li huma attivi fil-parabasketball. Nixtieq nara wkoll iktar attivitajit kulturali … kunċerti, book launches, exhibitions, eċċ. kif ukoll inizjattivi bħall Strings-Brass Ensembles, bands, eċċ.

As a person active in sports (rowing) who loves art and music, I will be putting sport/parasport, arts and culture on top of the agenda Amongst other things, I wish to promote our wellbeing for a healthier and better quality of life and provide the necessary infrastructural support so that sports and cultural entities can continue to grow and flourish for the benefit of its end-users: the Siġġiewi community.

Advertisements