Siggiewi, Our Home

Is-Siġġiewi huwa raħal-belt mimli storja, knisja mill-isbaħ, imdawra b’għelieqi li l-bdiewa tagħna jaħdmu b’għozza u ħila kbira u b’ baħar nadif li ma tibdlu ma xejn. Imma fl-aħħar mill-aħħar, is-Siġġiewi huwa d-dar tagħna, fejn ngħixu. Ir-raħal irid jibqa wieħed ħaj, b’servizzi effiċjenti fejn ir-residenti jħossuhom komdi u jinqdew fil-bżonnijiet tagħhom b’mod ġust u bla demwien. Il-problema ta’ nuqqas ta’parkeġġ, speċjalment bil-lejl trid tkun indirizzata. Nistedinkom biex tħarsu lejn il-manifest uffiċjali għas-Siġġiewi tal-Partit Nazzjonalista (http://www.pn.org.mt/weghdiet_elettorali_siggiewi), maħdum bi skop li inħossuna ‘at home’, f’raħal fejn il-bżonnijiet tagħna ikunu indirizzati għall-kwalita` ta’ ħajja aħjar. Ovvjament, iċ-ċentru kien, għadu u jibqa is-Siġġiewi u s-Siġġiwin … kull wieħed u waħda minnha. Ejjew halli flimkien niġbdu ħabel wieħed għall-Siġġiewi ħaj, isbaħ u aħjar … THE BEST.

Siġġiewi is what we call ‘home’. WE, the residents need to have the peace of mind that we can rely on fast, efficient and reliable services so that our daily needs and complaints are seen to in a fair manner, without delay. That’s what I am aiming at … to make Siġġiewi the BEST place to call ‘home’.

 

Advertisements