Niċċelebraw

Il-festa ta’ San Nikola hija għalija, u għal ħafna Siġġiewin sħabi, appuntament annwali li ma nitifuħx. Minn bħali jħobb il-festa, inkunu ilna sena ngħoddu l-ġimgħat u l-ġranet nsitennew dawn il-ftit ġranet fejn niltaqaw flimkien f’atmosfera li tferħek, sserħek u ssaħħrek.

Irrid ngħid grazzi lill-għaqdiet u individwi li jaħdmu sena sħiħa għall-festa: lill-Arċipriet u l-kleru, l-Għaqda tan-Nar San Nikola, Grupp ta’ l-Armar 6 ta’ Diċembru, Siġġiewi Brass Band u Banda San Nikola, lill-gruppi li jaħslu u jarmaw il-knisja, lis-Sagristan, lill-Kor tal-Parroċċa, min idoqq il-qniepen u ħafna ħafna ohrajn. Dawn jagħmlu dan ix-xogħol b’imħabba, dedikazzjoni u sagrifiċċju personali. Għandna grazzja li fis-Siġġiewi għandna festa waħda, kbira u sabieħa, li kull għaqda taħdem ghaliha bil-mod tagħha. PROSIT u GRAZZI u nwegħdkom is-support tiegħi. Il-festa sservi wkoll biex hafna żgħażagħ jitgħalmu: minn tgħallem idoqq strument, minn tgħallem jieħu ħsieb l-armar, u minn tgħallem is-sengħa tal-Piroteknika. Insemmu ukoll il-festio l-ohra, bhall dik li norganizzaw f’tal-Providenza (Hal Kbir) jew f’Hal Xluq bil-karatteristici uniċi tagħhom. Illum ma dawn, żdiedu ukoll festi oħra, organizzati mill-Kunsill, li jkomplu jibnu din il-kultura ta’ festa. Bħall ma ġieli kelli okkazjoni ngħid, nispera li l-għadqa fost l-għaqdiet tkompli tikber, anke billi tkun formaliżżata pjattaforma fejn ikun hemm kommunikazzjoni aħjar bejn kull għaqda. Irrid ukoll naħdem mill-viċin mal-għaqdiet biex flimkien inħarsu oltre mill-festa, fejn, fost l-oħrajn, ngħin l-għaqdiet isaħħu il-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħhom stess.

As some of you may know, I am one of the many residents of Siġġiewi for whom the Festa ta’ San Nikola is the highlight of the year. It goes beyond saying that I will do my utmost to promote and be of service to the Siġġiewi local entities, organisations and clubs which organise activities that bring the Siġġiewi community together in a festive settings.

 

Advertisements