Louis Galea japprezza u jirringrazzja lill-Professur Joseph Grima Delia

“Napprezza ħafna li l-Professur Joseph Grima Delia qed joffri li jservi fil-Kunsill Lokali tagħna is-Siġġiwin. Joseph ikun asset kbir għar-raħal tagħna. Huwa persuna mill-aktar intelliġenti u professur l-Università. Iżda qatt ma tela’ għal rasu – huwa umli, prattiku, imidd idejh għax-xogħol, persuna tan-nies. Attiv fil-volontarjat u fl-isport, inkluż fl-isport għall-persuni b’xi diżabilità. Jeżerċita l-isport tal-qdif (rowing) u qed irawwem dan l-isport fis-Siġġiewi.

Joseph huwa żgħażugħ mimli enerġija b’ħafna ħiliet u ideat tajbin. Huwa persuna onesta u bi spirtu li jgħin persuni u għaqdiet fil-bżonnijiet tagħhom. Iżda fuq kollox għandu għall-qalbu l-ġid tas-Siġġiwin. Joseph irid Siġġiewi isbaħ u aħjar.

Aħna ċ-ċittadini lkoll għandna bżonn politiċi tajbin, impenjati favur il-ġid komuni. Issa li ilni nafu numru ta’ snin, nemmen li Joseph hu persuna valida li tafdaha tagħmel is-sewwa u tħaddem il-politika bħala servizz qrib u għan-nies. Naf li jittratta lill-kulħadd indaqs, bla ma jħares lejn xi twemmin jew partit.

Joseph u l-kandidati sħabu jistħoqqilhom kull appoġġ.”

Dr Louis Galea serva bħala Speaker, Ministru u Membru Parlamentari għal ħafna snin. Huwa kien ukoll Membru fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Kien ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-PN bejn l-1977 u l-1987.

 

dr-louis-galea

 

Advertisements